Abort
Skont il-liġi Maltija attwali, it-tarbija mhix imwielda hija protetta mill-abort mill-mument tal-konċepiment sat-twelid.
1. Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l- abort f’ pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?
Il-Partit Nazzjonalista ppubblika l-programm elettorali tiegħu din il-ġimgħa. Partit Nazzjonalista fil-gvern mhu se jkollu l-ebda mandat biex idaħħal la l-abort u lanqas l-ewtanasja
Ewtanasja Volontarja Assistita (EVA)
Wara d-diskussjoni nazzjonali dwar l-Ewtanasja Volontarja Assistita, il-Life Network Foundation qiegħda titlob ukoll:
2. Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idahhal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?
