Skip to content

Partit Laburista

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l-abort f’pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?


Nistennew it-tweġiba

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idaħħal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?


Nistennew it-tweġiba

Partit Nazzjonalista

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l-abort f’pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?

Partit Nazzjonalista fil-gvern mhu se jkollu l-ebda mandat biex idaħħal l-abort.

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idaħħal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?

Partit Nazzjonalista fil-gvern mhu se jkollu l-ebda mandat biex idaħħal l-ewtanasja.

Ahwa Malta

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l-abort f’pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?

Aħna, Aħwa Maltin 100% kontra l-abort. L-uniċi bidliet li nixtiequ nipproponu huma dawn:- * Sentenza ta’ ħabs għal nisa li jagħmlu abort tat-tfal kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, inkluż ġenituri li jikkonvinċu lil minuri jagħmlu abort. * Meta mara tagħmel kuntatt ma’ klinika għall-abort, għandu jkun hemm sistema biex tgħin lil dawn in-nisa kemm soċjalment kif ukoll finanzjarjament sabiex iżommu lit-tarbija tagħhom. Jekk wara t-twelid it-tarbija xorta ma tkunx mixtieqa, tista’ tingħata għall-adozzjoni. Hemm mijiet ta’ koppji li jixtiequ jadottaw tfal.

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idaħħal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?

Aħna aħwa Maltin 100% kontra l-ewtanasja. L-uniċi bidliet li nixtiequ nipproponu huma dawn:- * Bħala Kattoliċi Rumani nemmnu li huwa Alla l-Omnipotenti li jagħti u jieħu l-ħajja. Il-partiti politiċi ewlenin tagħna flimkien ma’ numru ta’ NGOs liberali u partiti żgħar oħra qed jiddiskutu kif din tiġi legalizzata. Minħabba li din mhix kwistjoni faċli biex wieħed jaċċettaha, għandu jsir referendum biex il-poplu jiddeċiedi. M’hemmx għalfejn ngħidu li l-propaganda favur se tkun ferm akbar mill-verità, hekk kif il-gideb kollu jkun iffinanzjat mill-UE. Aħna qed nipproponu li persuni li jkunu qed ibatu jingħataw l-aqwa kura medika biex tittaffa l-uġigħ. Dan mhux dejjem possibbli, speċjalment f’każijiet relatati mal-kanċer, fejn l-aħħar jiem jistgħu jkunu l-agħar, iżda nemmnu bis-sħiħ li kull persuna għandha d-dritt għall-ħajja. * Għal persuni li jixtiequ itemmu ħajjithom, nipproponu li jitwaqqaf tim ta’ professjonisti li jkunu magħhom għal numru ta’ sigħat kuljum bħala ħbieb u gwida. Dan jgħin biex jittaffa l-uġigħ u s-solitudni.

Momentum

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l-abort f’pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?

L-istatut ta' Momentum jipprevedi li fuq suġġetti li jolqtu l-kuxjenza, il-partit jagħti free vote lill-eventwali deputati tieghu, u għal dik ir-raġuni, il-partit innifsu m'għandu l-ebda pożizzjoni dwar l-abort.

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idaħħal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?

L-istatut ta' Momentum jipprevedi li fuq suġġetti li jolqtu l-kuxjenza, il-partit jagħti free vote lill-eventwali deputati tieghu. Madankollu, bhala l-ewwel pass f'dan il-kaz jitlob li jkun hemm servizzi ta' kura paljattiva bhala l-ewwel pass vitali, b'zieda fl-ghajnuna tal-gvern ghal organizzazzjonijiet bhall-Hospice Movement.

Imperium Europa

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l-abort f’pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?

Imperium Europa huwa kontra kull tip ta’ abort b’mod assolut, tkun xi tkun is-sitwazzjoni.

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idaħħal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?

Fir-rigward tal-Ewtanasja, Imperium Europa kien l-ewwel li ppropona l-Ewtanasja, iktar minn 20 sena ilu. Imperium Europa huwa favur l-Ewtanasja Voluntarja Assistita sal-ġurnata tal-lum.

ADPD

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l-abort f’pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?

Nistennew it-tweġiba

Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idaħħal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?

Nistennew it-tweġiba

Mission

Ivvota Favur Il-Hajja is a project by Life Network Foundation and is not connected to, nor does it endorse, any political party. Its role is to inform the public on where each party stands on key life issues, particularly abortion and euthanasia.

Countdown To 2026 General Elections