Abort
Skont il-liġi Maltija attwali, it-tarbija mhix imwielda hija protetta mill-abort mill-mument tal-konċepiment sat-twelid.
1. Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi Maltija li biha jdaħħal l- abort f’ pajjiżna fil-leġislatura li jmiss?
Aħna, Aħwa Maltin 100% kontra l-abort. L-uniċi bidliet li nixtiequ nipproponu huma dawn:- * Sentenza ta’ ħabs għal nisa li jagħmlu abort tat-tfal kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, inkluż ġenituri li jikkonvinċu lil minuri jagħmlu abort. * Meta mara tagħmel kuntatt ma’ klinika għall-abort, għandu jkun hemm sistema biex tgħin lil dawn in-nisa kemm soċjalment kif ukoll finanzjarjament sabiex iżommu lit-tarbija tagħhom. Jekk wara t-twelid it-tarbija xorta ma tkunx mixtieqa, tista’ tingħata għall-adozzjoni. Hemm mijiet ta’ koppji li jixtiequ jadottaw tfal.
Ewtanasja Volontarja Assistita (EVA)
Wara d-diskussjoni nazzjonali dwar l-Ewtanasja Volontarja Assistita, il-Life Network Foundation qiegħda titlob ukoll:
2. Il-Partit ser jipproponi jew jappoġġja xi bidliet fil-liġi biex idahhal l-Ewtanasja Volontarja Assistita fil-leġislatura li jmiss?
